209. Il-Kruċjata ta’ Tankredi

209. Il-Kruċjata ta’ Tankredi

  • €15,00
    Unit price per 


Rumanz ġdid ta’ Aleks Farrugia imsejjes fi żmien l-Ewropa Medjevali. 

Erba’ snin wara r-rumanz politiku tiegħu ‘Ir-Re Borg’, kien innominat għall-Premju tal-Unjoni Ewropea għall-Letteratura, Aleks Farrugia jirritorna b’rumanz ġdid, ‘Il-Kruċjata ta’ Tankredi’ wieħed mill-aktar rumanzi oriġinali bil-Malti. Ibbażat kompletament fuq forom u letteratura medjevali, minn kronaki tal-kruċjati sa temi mistiċi u kotba dwar maġija u għarfien, ‘Il-Kruċjata ta’ Tankredi’ hija esplorazzjoni affaxxinanti ta’ vjaġġ determinat ta’ persuna idealista. Miktub b’lingwaġġ sempliċi iżda qawwi u li jħeġġeġ lill-qarrej biex jikkunsidra mistoqsijiet kumplessi dwar it-tifsira tan-narrazzjonijiet li jiffurmaw ħajjitna u jmexxu l-azzjonijiet tagħna.

Ir-rumanz huwa miktub bil-Malti sabiħ tipiku ta’ Aleks Farrugia, fejn kull kelma hija essenzjali u kull sentenza hija mfassla bil-kura. Kif wieħed jistenna mill-kitba ta’ Farrugia, l-umoriżmu qatt ma jonqos, imma taħt hekk hemm riflessjoni  fuq l-għażliet li nagħmlu fil-ħajja, fuq ir-relazzjonijiet umani, u fuq il-prezz ta’ dawn l-għażliet kemm fuq livell personali kif ukoll soċjali.