198. MALTA REPUBBLIKA - Id-Dibattiti Parlamentari
Bi Studju Storiku-Kostituzzjonali 1921-1974 ta' Raymond Mangion
Fit-13 ta’ Diċembru 1974, Malta saret Repubblika, immexxija mill-Maltin għall-Maltin. Dakinhar il-maġġoranza l-kbira tar-rappreżentanti tal-poplu vvotaw favur il-Kostituzzjoni tar-Repubblika. Iż-żewġ partiti kienu ilhom sena u nofs f’laqgħat fil-magħluq bir-rappreżentanti tal-partiti jipprovaw jaslu għal qbil dwar il-Kostituzzjoni l-ġdida. Il-Partit Laburista ried li l-Kostituzzjoni Repubblikana tkun dar komuni għall-Maltin u l-Għawdxin kollha. Għalhekk ħadem biex iż-żewġ partiti jibnu din id-dar komuni flimkien. Bejn it-3 u t-13 ta’ Diċembru tal-1974 saru sitt seduti Parlamentari li matulhom ġiet diskussa l-Kostituzzjoni tar-Repubblika. Maġġoranza kbira tal-Parlament ivvotat għal Malta Repubblika. Minn 55 Deputat Parlamentari, sitta biss ivvotaw kontra, inkluż il-Kap tal-Oppożizzjoni. .